Miju Mekkek
Miju Mekkek kien raġel ikrah, kellu ħotba fuq dahru. Mekkek kien werċ ukoll imma din ma tellfitux milli joqgħod jissendika lin-nies tat-triq biex imbagħad in-nies iħallsuh talli jgħidilhom is-sigrieti tan-nies tat-triq. Kellu wiċċu imfaqqa' u kien ukoll faqmi filwaqt li geddumu kien ħiereġ 'il barra wkoll. Mekkek għandu snienu sofor dan ifisser li ma kienx jaħsel snienu. Xofftejh kienu ħoxnin ħafna. Ġbinu kien wiesa' wkoll. Idejh kienu twal ħafna u l-problema li kellu f'għajnejh ma tantx kienet taffetwah għaliex Miju kien jara ħafna mill-bogħod. Miju kien iħobb joqgħod bilqiegħda fuq bank tal-ġebel ħdejn is-sur u l-bieb tal-Imdina.