Lura Fiż-żmien
BOOM! Kont quddiem xatba u kien hemm in-nies f'paniku kbir. Staqsejt lil wieħed anzjan u għaliex konna qed niġu attakati. Indunajt li veru morna lura fi żmien. Rajt waħda mara li kienet qed tidher qisha l-bużnanna tiegħi. Kellha żewġ trabi f'idha.
Jien bdejt niġri magħhom għax ma kontx naf x'beda jiġri beda jħossni qisni ħuta barra mill-ilma. Wara xi ħin kien hemm ħafna kwiet imma kien hemm wisq kwiet morna niċċekkjaw u rajna ħafna affarijiet imwaqqgħin.
Ħassejt daqqa minn fuq u ma ridtx niċċekja għax bdejt nibża li jattakawni. Meta tlajt 'il ġewwa biex ma taqax xi bomba fuqi. f'daqqa waħda smajt in-nies jgħajtu u jibku nahseb li kienu attakati għax ma smajt xejn aktar. Għal ħabta ta' nofsinhar kien hemm riħa ta' brodu tfuħ.
Tlajt it-taraġ u rajt waħda mara tagħmel borma brodu. Ir-riħa tant kienet tfuħ li stajt timmaġinaħa ġewwa ħalqekk' smajt lil din il-mara tgħid biex immorru nieklu. Din il-mara kont tlabtha ir-riċetta. Ħadtha miegħi lura id-dar. Qaluli biex immur inġib l-ilma min barra fejn hemm il-gwerra.
Meta ħriġt ħarsu lejja mill-ewwel sparawli u f'daqqa waħda erġajt spiċċajt fis-sodda.