Irrakkonta ftit dwar l-isport favorit tiegħek.
L-isport favorit tiegħi huwa r-'roller skating'. Dan l-isport bdejtu ftit ġimgħat ilu u vera qegħda nieħu gost. Jien immur kull nhar ta' Ġimgħa, u nagħmel siegħa tagħlim mis-sitta sas-sebgħa ta' filgħaxija. L-għalliema tagħna tagħmlilna ftit eżerċizzju ħafif biex insaħħnu l-muskoli, imbagħad nibdew bil-lezzjoni. Nirrepetu l-movimenti li nkunu tgħallimna l-lezzjoni ta' qabel u oħrajn ġodda. Nilagħbu logħob bħal 'musical statues' jew 'catch'. Dan l-isports jinvolvi li żżomm bilanċ tajjeb għax malajr issib ruħek wiċċek mal-art!