Ġest sabieħ
Jiena tifel ta' tmien snin u jisimni swaytn pace.
il-ġest li jiena għmilt f'dan il-Milied huwa li tajt donazzjoni lil għaqada ta' l-ALS. ALS hija għaqda li tgħin nies b'diżabi li ta'. Il-fundatur ta'din l-għaqda huwa Bjorn Formosa. Dan il-bniedem jgħin ħafna nies,għalhekk ħassejt li jiena għandi nagħmel dan il-ġest miegħu billi nagħtih donazzjoni żgħira mill-flus tiegħi.
Din l-ewwel darba li għamilt dan il-ġest ferm sabieħ ma dan il-persuna w nħossni kburi, għaliex nemmen li kulħadd għandu bżonn l-għajnuna.
Fil-Fatt aħna ġejna bżonn l-għajnuna tiegħu w kien minn ta' l-ewwel li fetħilna l-bieb, għaliex in-nannu tiegħi huwa marid b'din il kudizzjoni.
Inħosni grat li għamilt dan il-ġest sabieħ.
Jiena naħseb li Bjorn ħassu ferħan ħafna meta ra d-donazzjoni tiegħi, fil-fatt għanke bgħatli kartolina ta'ringrazzjament li apprezza ħafna.
Huwa qalli li bid-donazzjoni tiegħi nkomplu inkabbru l-fondi biex inkunu nistgħu ngħinu ħafna nies morda bl-ALS.
Jiena minn qalbi nirringrazzjaħ u ninkoraġġikhom tagħml bħali, għaliex sabieħ li tagħmel ġest ma' xi ħadd, speċjalment f'dawn iż-żminijiet tal-Milied.