Tradizzjonijiet tal-Milied
par 1. Ħellow, illum jien ħa ngħidilkom fuq it-tradizzjonijiet tal Milied. Il-25 ta' Diċembru hija ġurnata li tiftaħ ir-rigali, tieħu gost mal-familja imma l-iktar importanti hija li tfakkarna fit-twelid ta ta' Ġesu'.
par 2. Kont taf li hemm simboli tal-Milied li huma wkoll dekorazzjonijiet? Pereżempju boċċi, siġra tal-Milied, presepju, stilla u ħafna oħrajn. Kont taf li San Franġisk kien għamel l-ewwel presepju? Fil-knisja jkun hemm in-novena. Tradizzjoni oħra popolari hija l-purċissjoni tat-tfal bil-Bambin lejliet il-Milied.
par 3. Hemm ukoll ikel tradizzjonali tal-Milied bħad-dundjan, bastun taz-zokkor, ċikkulatini tal-Milied, zokk tal-Milied u kejk tal-Milied. L-imbuljuta hija tradizzjoni oħra antika. Dan huwa żgur l-iktar żmien favorit tiegħi, żmien ta' btala mal-familja.
par 4. Wara l-Milied inkunu ħerqana biex tasal l-ewwel tas-sena. Lejlet l-ewwel tas-sena nibqgħu mqajmin nistennew li jaqleb nofs il-lejl biex niċċelebraw il-bidu ta' sena ġdida flimkien. Dan huwa żmien ta' ħafna ferħ li nqattgħuh mal-familja tagħna u li kull sena nġeddu il-memorji tant sbieħ li jkollna.