IL-MILIED MAGĦNA

Il-Milied magħna! Il-Milied niċċelebrawh fil-


25 ta'Diċembru. Din il-festa tfakkarna fit-twelid ta' Ġesu


Bambin. Aħna nżejnu d-dar b'kull tiżjin u narmaw presepju


kbir.


Lejliet il-Milied jien nattendi purċissjoni tal-


Bambin ma' tal-mużew. Aħna noqogħdu nkantaw fit-toroq u


jkollna xemgħa f'idejna. Kif tispiċċa jagħtuna l-ħelu u morru


lura d-dar.


Jien rari mmur il-quddies ta' nofs il-lejl għax


jaqbadni n-ngħas u għalhekk immur filgħodu kmieni. Wara


nipreparaw għall-ikla ta' nofs in-nhar mal-familja kollha. Wara


li nieklu ħafna ikel u ħelu tradizzjonali, niftħu r-rigali fejn is-


siġra tal-Milied u nieħdu xi ritratti.


F'xi ħin insib ċans biex inċempel lil qrabati li


jgħixu 'l bogħod minni. B'hekk nawguralhom il-festi t-tajba.


Fl-għaxija noħorġu u mmorru nieħdu kafe'.