7

L-annimal li nrabbi jien

Jien inħobb l-annimali għax ħelwin ħafna. Id-dar jien inrabbi fenka ħelwa u jisimha Brownie. Brownie għandha sena imma ma nafux eżatt meta twieldet.


Il-fenka ġibtha minn barra għax meta mort nixtri rajtha ħdejn il-ħanut u meta erġajt ħriġt qbadtha. Hija oranġjo,widnejha twal ħafna u qisha tikka. Hija tiġri daqs għażżiela. Gieli thun ubbidjenti u makakka daqs ġurdien xiħ għax meta tkun ix-xita u nipprovva naqbadha, hi taħrab.


Hija tkun barra l-ħin kollu tiġri u taqbeż. Ġieli torqod fil-gaġġa,imma l-iktar li torqod ħdejn il-vit. Il-gaġġa tagħha hija daqsiex. Ġo fiha hemm l-ikel tal-fniek,fejn tistaħba u l-ġugarelli tagħha.


Jien nieħu ħsiebha billi nnaddaf il-gaġġa,nimla l-bowl tagħha bl-ikel u nagħtiha ilma frisk u ċar li tista' tara wiċċek ġo fih. Jekk tkun marida jew jiġrilha xi ħaġa neħodha għand il-veterinarju.


Jien inħobbha ħafna għax tilgħab miegħi meta nkun imdejjaq. Hija speċjali ħafna għax iżżommli kumpanija. Jekk jogħġobkom ieqfu u taħqrux l-annimali għax huma imortanti ħafna għad-dinja.