Il-Millied magħna
Fil-ħamsa u għoxrin ta' Diċembru niċċelebraw it-twelid ta' Ġesu' Bambin.
Fil-bidu ta' Diċembru jiena nibda inżejjen għall-Millied. L-ewwel noħroġ is-siġra tal-Millied u l-blalen tagħha. Kif inkun żejjintha, noħroġ il-Bambin u l-maxtura u nagħmel il-ġulbiena ġol-maxtura. Noħroġ ukoll il-presepju. Kemm tkun sabiħa id-dar għax tkun imżejna bi tlellix. Kull sena imur nixtri xi pastura ġdida tal-presepju.
Xi ħaġa vera sabiħa li nagħmel hija li ningħaqdu kollha flimkien bħala familja u li nagħmlu ikla flimkien. Meta jkollna ikla fil-Millied dejjem nagħmel il-puddina bnina għal wara l-ikel.
Jiena, il-familja tiegħi u ħabibti dejjem imorru l-quddiesa ta' nofs il-lejl. Jkolli seba' mitt sena biex imur il-quddiesa ta' nofs il-lejl għax noqgħod nkanta id-diski tal-Millied. Xi ħaġa li ddejaqni ħafna mill-Millied hija li trid toqgħod iżarma t-tiżjijnkollhu tal-Millied.
Il-Millied huwa tassew meraviljuż. Il-Millied inħobbu għax kull sena d-dar tiegħi u ta' oħrajn jkunu imżejnin bi tlellix. Raġuni oħra hija li fil-Millied inkunu magħqudin flimkien.