Il-Karnival
Venezja huwa post famuż ħafna fejn għall-karnival jilbsu ħafna kostumi u maskri kkuluriti, fosthom hemm il-"Venetian masks" li huma popolari immens. Il-maskri sbieħ li issib f'Venezja jiswew ħafna ħafna flus u dawn issibhom fil-ħwienet jew tal-maskri jew tal-karnival. Min jilbes dawn il-maskri jipprova jkun uniku biex ma jkun hemm ħadd bħalu.
Iż-żeffiena huma nisa libsin kostumi veru kkuluriti xi ftit minnhom roża u ħodor u oħrajn blu u oranġjo jew imżewqin b'ħafna kuluri. Dawn iż-żeffiena joqogħdu jiżfnu fil-jiem tal-karnival. Il-kostumi jidhru sbieħ imma hija battikata u kkumplikata immens biex tilbes wieħed minnhom. Iż-żeffiena għandhom rwol importanti ħafna fl-attivitajiet tal-karnival.
Dan il-karru huwa karru Brażiljan u kull darba li jiġi l-karnival joħorġu nies imexxuh fit-toroq. Fuq il-karru jkun hemm żeffiena u banda biex joħolqu l-brijju.
Il-karru mżejjen b'xemx kbira u maskri kbar imżejnin b' ħafna kuluri u xniexel.