Kienet l-ewwel ġurnata tal-vaganzi tal-Għid. Smajt ħoss ġej mill-ġnien u nżilt niċċekja. Kif inħsadt x’ħin
rajt fenek tal-Għid.
Kien filgħodu kmieni u x'ħin qomt smajt ħoss stramb
ġej mill-ġnien. Kif inżilt rajt xi ħaġa bajda tiċċaqlaq wara siġra. Għall-ewwel ħsibtha qattusa bajda imma mbagħad indunajt li kien fenek kbir!
X'ħin ħareġ minn wara s-siġra jien werżaqt u hu ukoll ħa qatgħa. Kien liebes kappell vjola u kellu ċoff aħmar ma' għonqu. F'idejh kellu qoffa mimlija bajd taċ-ċikkulata. F'daqqa waħda hu sparixxa. Bqajt niċċassa fil-vojt. Bdejt naħseb li kienet kollha ħolma.
Mort fil-kamra tiegħi għax bdejt nibża'. Ġiet il-mama' u x'ħin għidtilha b'li ġara bdiet tidħak u qaltli li forsi kont qegħda noħlom.
Qomt mis-sodda u erġajt inżilt fil-ġnien. Hemmhekk sibt il-bajd taċ-ċikkulata fil-qsari u kappell vjola! Kont naf li ma kinetx ħolma!
L-Avventura