L-Isport favorit tiegħi.


Ħelow, illum se nkellmek dwar l-isport favorit tiegħi, l-għawm. Ejja, ħa nurik għaliex hu l-iktar favorit. Il-persuna li ħajritni nagħmel dan l-isport hi ommi meta qaltli biex nagħmel xi ħaġa ġdida meta kelli ħames snin.

Hemm ħafna tipi t'affarijiet li tista' tagħmel fil-baħar, l-iktar favorit tiegħi hu li togħdos! Hu faċli ħafna biex togħdos, li għandek bżonn tagħmel hu li ġġib maskra tal-għawm, tilbisha fuq wiċċek u tgħum taħt l-ilma, bħalli għidt, faċli mmens! Meta kont iżgħar, jiena ma kontx inħobb nogħdos minħabba li xagħri jiġi mxarrab u jkolli noqgħod naħsel xagħri!

Wieħed mill-iktar mumenti sbieħ li nara meta ngħum fil-baħar ikun dawk il-ħut kollha jgħumu flimkien qishom qed itiru fl-ilma! L-iktar żmien tajjeb biex tgħum hu s-sajf imma xi nies iħobbu jgħumu fir-rebbiegħa jew il-ħarifa wkoll! Xi ftit nies ukoll jinsewir-regola li mhux suppost tkun ħdejn l-ilma jekk ikollok il-mowbajl f'idejk, inkella tista' tmut b'xi xokk tal -elettriku.

L-aħħar ħaġa li jiena rrid ngħid dwar dan l-isport hu li nixtieq li dejjem jibqa l-isport favorit tiegħi u li nħobhu ħafna.