Ittra ta' Passatemp tiegħi
Dar Marija u Ġużeppi
8, Triq il-kbira
iż-Żurrieq ŻRQ 2349
24 ta' Mejju 2023
Għażiż Jacques,
Kif inti ? Nispera li tinsab tajjeb. Kif inti sejjer ġod-dar il-ġdida ? Drajt torqod ġol-kamra tas-sodda.
Illum ser ngħidlek naqra dwar il-passatemp meraviljuż tiegħi. Dan huwa s-sajd. Is-sajd bdejtu meta kelli tmien snin u niftakar naqbad l-ewwel ħuta u kont ħadt ħafna gost. Jiena mmur dejjem ma' missieri u dejjem nitgħallem xi ħaġa ġdida meta mmur. Biex imur nistad, jien jkolli inqum kmieni ħafna. Jien jkolli seba' mitt sena biex imur.
Biex tibda tmur tistad ser jkollok bżonn certi bżonnijiet bħal gambli jew ħobż, qasba tar-ril, ħarir, barmil, sikkina tal-ponta u tnallja. Meta tmur tistad huwa komuni li taqbad dan il-ħut li ser insemillek bħal spalli, brieqex u pagalli.
Dan il-passatemp jogħġobni għax b'hekk nista' mmur nistad ma' missieri u jkolli esperjenza fenomenali. Dan il-passatemp ħajjarni nkun sajjied profesjonali u tajjeb.
Nispera li ħadt gost tisma fuq il-passatemp sabiħ tiegħi u nispera li xi darba mmoru nistadu flimkien.
Tislijiet,
Haiden.