Dakinhar li mort is- suq man- nanniet
Dakinhar li mort is-suq man-nanniet. Aħna morna s-suq daqs tlett ġimgħat ilhu. Morna s-suq bil-karozza. Meta n-nannu pparkja kienu għall ħabta tat-tmienja. Qomna xi s-sebgħa ta' filgħodu.
Is-suq kien hemm ħames min-nies, mara, raġel, żewġt' itfal u tarbija. Kien hemm annimali magħmulin mill-ġebel. Kien hemm flamingu, giraffa, fenek, qattus u żiemel. Kien hemm kotba, platti, vażuni u logħob.
In-nanna marret fejn il-kotba. In-nannu u jiena morna fejn l-annimali. Xtrajna kotba bil-flamingu u l-ġiraffa tal-ġebel u vażun. Jiena u n-nannu kważi ma ħadna xejn għax l-istess ħaġa ridna.
Kulħadd xtara xi ħaġa għax għoġobna kollox. Ħadd ma ħareġ idu f'idu għax ħriġna b' idejna imbullati.
Aħna u ħerġin iltqajna mal-ħbieb, Lindsey u Maria Emma u qagħdna nitkellmu. Kulħadd ħareġ ferħan ħadd ma ħareġ bil-geddum.Ħa nerġgħu mmorru l-ġimgħa d-dieħla u jista' jkun tiġi l-mama' u ħija mhux ċerta. Ħa nixtru xi ħaġa ta' għeluq snin il-papa. Naħseb nixtrulu xi ħaġa tal-ġebel imma tgħid xejn.