Ġurnata fil-kampanja

Ilbieraħ jien u l-familja tiegħi morna l-Buskett. Domt biex wasalt il-Buskett. Ommi preparat il-basket tal-qasab u ġo fih kien hemm ikel u xorb bħal ħobż biż-żejt, frott u ilma. Ommi tefgħet kutra mal-art biex inqiegħdu l-ikel u x-xorb fuqha, sakemm jien kont qed nilgħab bil-ballun ma' ħuti. Imbagħad morna passiġata u waqt il-passiġata rajna siġar, fjuri u friefet sbieħ. Imbagħad dabbarna rasna 'l hemm. Kienet ġurnata sabiħa li żgur mhux se ninsa f'qasir żmien.