It-triq fejn noqgħod jien



               Fortunatament, jiena noqgħod fi triq imżejna min kollox. Iżda bħal kull triq oħra fiha t-tajjeb u l-ħażin.


               It-triq fejn noqgħod jiena hija traffikuża għax hija triq prinċipali. L-iżvantaġġ tagħha huwa li hija storbjuża u aħna r-residenti nbatu minn arja mhux daqsekk nadifa. Iżda peress li hemm ħafna siġar fit-triq tagħna, ittaffi mill-iżvantaġġ u tagħmilha triq speċjali. It-triq tagħna ġġiblek għajnejk wara widnejk bis-sbuħija. It-triq tiegħi ta’ fejn noqgħod jien jinsab ġnien li huwa enormi u frekwentat minn ħafna nies.


Hemm tletin persuna residenti fit-triq li noqgħod jien. Ħdejna għandna ħafna djar imħalltin min enormi u lussużi għal oħrajn appartamenti sempliċi u żgħar. Eżatt faċċata tad-dar tagħna, hemm dar tal-anzjani. Mill-parapett, kull filgħodu ninnota lill-nies iħabbirku huma u sejrin għax-xogħol. Nara wkoll lir-raġel penzjonant, li hu ġar tagħna, ta' kull filgħodu jiknes tull it-triq tagħna kollha. It-triq tidher xummiema bl-indafa regolari tiegħu.


               Jiena kuntent ħafna li noqgħod fit-triq tagħna, anka bil-ġirien li għandi. Iżda, kieku kelli nbiddel xi ħaġa mit-triq tagħna, kont innaqqas ftit mit-traffiku li jgħaddi minnha.

 

Jayden Galea

Year 6.2