Il-ktieb li qrajt huwa; Il-Ġenju tal-Flixkun
Miktub min Natalie Portelli
Darba kien hemm raġel li xogħlu kien li jaqta' l-injam, kien fqir ħafna. Għalhekk kien jiprova jaħdem lejl u nhar. Hu kellu tifel. Ġurnata waħda l-missier bagħat li-tifel l-iskola biex ma jbatix bħalu, iżda l-iben tkeċċa mill-iskola għax ma ġabx marki biżżejjed. It-tifel beda jgħin lil missieru jaqtaw l-injam bil-mannara fil-foresta u waqt il-ħin tal-mistrieħ telaq passiġġata. X'ħin waqaf ħdejn siġra sema' leħen qed jgħajjat għall-ajjut, iżda ma ra lil ħadd. It-tifel sab flixkun u kif fetħu ħareġ ġenju rrabjat. It-tifel qallu kif raġel kbir kont ġo flixkun u l-ġenju reġa daħal fil-flixkun biex jurih u huwa kien pront u reġa sakkru ġewwa. Il-ġenju talbu maħfra u wedgħu li mhu se jweġġa' lil ħadd jekk jeħilsu min dak il-flixkun. Il-ġenju żamm kelmtu u ta lit-tifel ċarruta u qallu kull ma' tgħorok biha jsir fidda u jekk tpoġġiha fuq ferita tfejjaq. It-tifel poġġa u għorok il-mannara biċ-ċarruta u din ġiet tal-fidda. It-tifel telaq għand tad-deheb u biegħa. Huwa qalha ħafna flus u xtara oħra. Bil-flus li ġemgħu l-missier reġa bagħat lit-tifel l-iskola. Din id-darba tant studja li sar tabib. Kemm użaha ċ-ċarruta biex jfejjaq il-feriti! Tgħallima ; Jekk tagħmel ħiltek tirnexxi. Qatt taqta' qalbek. Il-bżulija oħt il-qdusija.
TMIEM