Il-Mużew tal-istorja naturali
Darba waħda kien hemm mużew naturali l-Imdina u l-familja Micallef ġew iżuru dan il-mużew antik. Huma marru s-Sibt fl-għaxra ta' filgħodu. Meta daħlu ħadu ħafna ritratti u marru f'kull kamra. Huma marru jaraw il-kamra tal-friefet. Mikiel baqa' skantat meta ra farfett blu, l-iktar farfett speċjali fil-mużew. Wara il-mama' u l-papa' telqu mil-kamra u Mikiel baqa' hemm. Wara ftit ra l-farfett itir ta' veru imma l-farfett telaq għax kien jibża minnu. Wara Mikiel mar isib il-ġenituri li kienu qed jaraw it-tigri l-antiki. Wara raw l-aħbarijiet id-dar u kien hemm ħaġa interessanti li kienet li l-isbaħ farfett kien mitluf u kien mar l-Ingilterra u Mikiel ma qal xejn.