Dakinhar li mort is-suq man-nanniet

Taħdit, għajjat, uġiħ ta' rass kien se jaqbadni. Is-Sibt filgħodu mort is-suq man-nanniet. Morna billi jwassalna n-nannu u spiċċa jibqa' magħna. Kienu xi l-ħdax ta' filgħodu wara li nieħdu n-nanna tixtri.

"Bumm! Skużani!" tgħidx kemm kien hemm nies bqajt naħbat fl-imwejjed u ġo fihom. L-iktar ħaġa li laqtitni kienet il-mejda li fuqa kien hemm il-kalamiti. Rajt ħafna ħwejjeġ, ikel, ħelu, ħut, kalamiti, ġugarelli, twapet, basktijiet, arloġġi u ħafna iktar. Smajt ħafna taħdit, trabi jibku, tfal jajtu, n-nies li qed ibiħu u ħafna iktar. Xammejt il-ħut u l-ikel, fwieħa, il-ħelu, ir-riħa tal-baħar u ħafna iktar.

In-nanna ma' damitx ħafna tara imma riedet tieqaf ħdejn il-mejda tal-ħwejjeġ, tat-twapet, tal-basktijiet, u tal-kalamiti. In-nannu ried jieqaf ħdejn tal-kalamiti, ta' l-ikel, tal-ħelu, tal-arloġġi u tal-ġugar9elli. Jien ridt nieqaf ħdejn tal-kalamiti u tal-ħelu l-iktar. Xtrajna l-ħelu, ħwejjeġ, kalamiti, basket, arloġġ, żarbun, u karozza tal-ġugarelli.

Kulħadd xtara xi ħaġa. Jien xtrajt kalamiti u ħelu. Il-karozza tal-ġugarelli għas-sekonda kiġin. Waqafna nieħdu ġelat ukoll.

Iltqajt ma' ħabiba tiegħi. Ħassejtni tajjeb ħafna. Nixtieq nerġa' mmur minħabba li mort man-nanna u n-nannu.