Jien Triq ir-Repubblika
Jiena Triq ir-Repubblika fil-Belt Valletta. Jien l-aktar triq twila,
l-iktar triq popolari u l-aktar waħda li tintuża.
Jien kburija bija nnifsi. It-triq li tikser fuq il-lemin tgħidx kemm hi għajjura għalija għax jien għandi l-iktar ammont ta’ ħwienet sbieħ u l-aktar ħwienet popolari. Min-naħa l-oħra tgħidx kemm inħobb nitkellem mat-triq li tikser fuq ix-xellug. Filgħodu jkun hawn ħafna nies li joqogħdu fix-xemx tat-Teatru Imwaqqa’ jieklu xi pastizz li jinżlilhom għasel. Li niddejjaq hi meta dawn jarmu l-borża fuqi u jħammġuni.
Jien inkun qed nistenna fuq ix-xwiek il-ġurnata li minn fuqi
tgħaddi t-terramaxka. Kemm inħobbha l-mużika tagħha u xi kultant inkun nixtieq immur niżfen mat-tfal. L-ilma jiżfen ta’ quddiem il-palazz tal-President jiffriskani ħafna speċjalment fil-ġranet sħan tas-sajf. L-iktar ħanut frekwentat min-nies hu dak tal-ikel ta McDonalds u mhux l-ewwel darba li nistaqsi għaliex. Billejl nkun imdawwla sew u jkun hemm ħafna skiet għax kulħadd ikun miġbur ġo daru. Dan is-skiet ifakkarni meta mbnejt mill-kavallieri ta’ San Ġwann.
Fil-Milied inkun mixegħla ta’ kuluri u tiżjin ta’ kull tip u forma. Ħafna nies jiġu jżuruni biex jixtru r-rigal u ftit ġranet wara jiġu biex jiffrankaw xi ħaġa fiż-żmien is-‘sale’ u jieklu l-pasti mill-ħwienet tal-ħelu li għandi. Għalija l-isbaħ ġranet tas-sena huma l-ġranet tal-Karnival. Kemm inħobb nara n-nies jiżfnu bil-kustumi sbieħ tagħhom u jisfilaw wara l-karrijiet kollha lwien u dwal.
Inħobb inkun triq, imma xi kultant nixtieq li kont persuna wkoll. Jien kburija li jien l-isbaħ u l-aktar triq popolari fil-Belt Valletta,
anzi f’ Malta kollha.
Massimo Parrella, 6.1