Iż-Żejtun


Ir-raħal taż-Żejtun oriġina min żmien il-Feniċi u r-Rumani, dak iż-żmien iż-Żejtun kien magħruf bħala “Terra Santa Caterina”. L-isem

Żejtun huwa sinonimu taż-żejt ta’ żebbuġ u kull sena tiġi mfakkra

it-tradizzjoni ta’ tgħasir taż-żebbuġ waqt il-festa ta’ Żejt iż-Żejtun.

Iż-Żejtun huwa maqsum bejn ir-Raħal ta’ fuq u r-Raħal ta’ Isfel.

Fl-1797 il-Granmastru Ferdinand von Hompesh ta’ t-titlu

liż-Żejtun bħala Citta Beland. Ġewwa ż-Żejtun hawn bosta postijiet ta’ interess fosthom il- Parroċċa ta’ Santa Katarina, Casa Perellos, is-Salib, fdalijiet tal-Villa Rumana, l-kappella ta’ San Girgor u l-knisja ta’ Sant Anġlu.


Il-knisja Arċipretali taż-Żejtun hija d-dedikata lil Santa Katarina ta’ Lixandra. Il-festa ta’ Santa Katerina niċċelebrawha f’Ġunju ghalkemm fl-antik din kienet issir f’ Novemebru. Iż- Żejtun hawn żewġ każini tal-banda, l-każin ta’ Santa Katarina u l-każin tal- Beland. Il-Parroċċa ta’ Santa Katarina inbniet bejn 1692 u 1728 fuq il-pjanti tal- perit Lorenzo Gafa’. Din il-parroċċa ħadet post il-kappella ta’ San Girgor.