Vjaġġ fuq tal-linja

Il-Gimgħa l-oħra kont fuq tal-linja ma ħabibti għal-ħabta tat-tlieta ta' waranofsinhar. Jiena u ħabibti konna sibna post fir-raba ringiela.


F' tal-linja kien hemm ħafna nies dħulin u kien hemm ħafna xjuħ jiddiskutu. Kien hemm ħafna storbju u ħafna għajjat. Kellhi uġigħ ta' ras kbir. Kien hemm riħa tinten ta' petrol ġo tal-linja.

F' waħda mil-waqfiet telgħet mara xiħa ħafna , naħseb kellha l-fuq minn disgħin sena. Ġo dik l-istess waqfa tela' kelb b'sidu. Wara waqfa oħra telgħu grupp ta' barranin, konna qisna f'kaxxa tas-sardin. Ġo tal-linja ħlief nistħi ma bdejtx. Wara 5 minuti jien u ħabibti għadna ngħidu kelma max-xiħa. Bdejna nitkellmu fuq l-iskola kif sejra u x' inbidel min meta konna bil- covid għall-llum.


Kif wasalna l-waqfa l-ġdida, folla nies telqu minn tal-linja u fl-aħħar stajt nieħu r-ruħ.


Fuq tal-linja jien ħassejtni mistħi ħafna għax ma ħassejtniex komdu ġo tal-linja. Din ma tantx kienet esperjenza sabiħa f' ħajti.