Il-kelb u l-qattusa.

Hellow, jiena jisimni Maxi u jiena se ngħidlek l-istorja ta' meta jiena ltqajt ma' qattusa.

Jiena miniex adottat, m'għandix sid u ngħix waħdi. Din l-istorja bdiet l-ġimgħa li għaddiet. Jiena kont miexi fejn ħanut tal-laħam, xħin rajt biċċa laħam tajba. kont se nikolha, xħin rajt qattusa ħierġa mil- landa taż-żiebel. Din il-qattusa kellha s-suf ta' lewn iswed, snien kbar u għajnejn zgħar. Hi kellha l-isem ta Daisy u hi dehret li riedet il-laħam ukoll u dak kien meta bdejna niġġieldu.

Il-qattusa bdiet tgħolli s-suf biex tipprova tbeżżani. Jiena bdejt nimbaħ ħafna, sakemm Daisy girfitni fejn għajnejja. Jiena mill-ewwel qbiżt fuq darha u bdejt nigdmilha saqajha. Hi werżqet bl' ugigħ u tatni daqqa b 'denbha.

Domna kważi siegħa u f'dak il-ħin kważi stordejt u waqajt. Il-qattusa ma felħitx iżjed u waqgħet mal-art. Xħin waqgħet, jiena qbadt il-laħam u ġrejt. Jiena qatt ma rġajt rajt lill dik il-qattusa.

Jiena ħassejtni muġuġħ u bin-nervi imma ma waqaftx u rbaħt il-ġlieda, jiena kelb fortunat ħafna.