Dakinhar li mort is-suq man-nanniet
Daqs ġimagħtejn ilu jiena u n-nanniet tiegħi morna s-suq taż-Żejtun bil-karozza tan-nannu. Il-ġurnata kienet sabiħa u kienet sħana mhux ħażin. Tlaqna għall-ħabta tat-tmienja.
Meta wasalna diġa’ kont qiegħed nara folla kbira ta’ nies u kienet se tagħtini rasi.Imma malajr ġibidli l-attenzjoni bank mimli ħelu għall-bejgħ. Rajt ħafna nies ibigħu affarijiet differenti. Ħasadni bejjiegħ li beda jgħajjat: ‘Ejjew issa għall-ħwejjeġ bl-irħis.’ Jien bdejt inxomm riħa ta’ ħelu ġejja għalija u malajrersaqt lejh.
In-nanna riedet tieqaf għand tal-ħwejjeġ. In-nannu ried jieqaf għand tal-vażuni u l-kotba u jien ovvja għand tal-ħelu. In-nanna tatni l-flus u mort għand
tal-ħelu nixtri li ridt.
Kulħadd xtara xi ħaġa li xtaq. Jien ħriġt b’borża ħelu, in-nannu b’vażuni u kotba u n-nanna b’ħafna ħwejjeġ. L-aktar li xtara kien in-nannu, għax daqs kemm kellu affarijiet, dawn kienu se jaqgħulu minn idejh u kien se jitfixkel bit-toqol li kellu.
Jien is-suq vera għoġobni u lin-nanna għidtilha biex darb’oħra terġa’ tgħidli biex immur magħhom. In-nannu malajr induna li jien ridt immur hemm biex nixtri aktar
ħelu!
Massimo Parrella, 6.1