Darba waħda jien u l-ħabib tiegħi Elias konna l-iskola u l-għalliema qaltilna biex innaddfu l-klassi. Meta konna qed innaddfu jien sibt arloġġ li kien jidher li kien antik. Jien għedt lil Elias u qalli biex niftħu u jien għedtlu 'iva' u ftaħtu. Quddiemi rajt hologram li kellha s-snin kollha fuqha sa żmien tad-dinosawri. Jien għażilt iż-żmien tal-Wild West u f'daqqa waħda...!


Boom! F'sekonda waħda wasalna fil-Wild West. Kien hemm pistola mal-art u jien qbadtha u sparajt ġos-sema biex nara jekk taħdimx u ħadmet. Imma wkoll rajt li kellha miktub Xeriff fuqha u ħabba f'hekk erġajt tfajtha mal-art. Wara meta konna rajna ftit mill-villaġġ konna ħa mmorru lura imma waqqafna x-Xeriff. Hu qalilna li rridu mmorru l-ħabs u ma kontx naf għalxiex. Jien qbadt lil Elias u morna lura l-iskola u jien bżajt ħafna għax ħsibt li ħa nagħmel ħajti kollha fil-ħabs.


Meta wasalt id-dar jien ħsibt ġo moħħi li mhux ħa ngħid lil ħadd għax inkella jsiru jafu ħafna nies u għax ma xtaqtx inkun famuż.


L-Arloġġ taż-Żmien