5 Aurora

Triq tal-Barrani

Żejtun ŻTN 9027


30 ta' Novembru

Għażiża Giulia,

Kif inti? Nispera li tinsab tajba. Qed niktiblek din l-ittra biex ngħidlek ftit

dwar il-passatemp ġdid tiegħi li huwa tpinġija.

Dan il-passatemp bdejtu waqt il-kwarantina. Kien qed ikolli ħafna ħin fuq

idejja u ħassejt li hemm bżonn nagħmel xi ħaġa ġdida. Bdejt billi l-mama' xtratli ktieb li nimla bil-kulur id-disinji li jkun fihom. Il-favoriti tiegħi huma l-mandalas. L-hena riegħi inqabbel il-kuluri. Insegwi wkoll vidjows li jgħallmuni kif noħloq id-disinji jiena.

It-tpinġija togħġobni għax tgħini nirrilassa ħafna. Qed tgħini wkoll billi

naqqast il-ħela ta' ġin minn fuq it-''tablet.'' It-tpinġija minn dejjem kienet togħġobni u komplejt nitħajjar kull meta nara vidjows ta' nies ipinġu.

Dan il-passatemp għalissa qed nagħmlu waħdi imma meta tgħaddi il-

pandemija nixtieq inħajjar lill-kuġina wkoll. La niprattika ħafna iżjed u nsir aħjar nixtieq niftaħ paġna ta' FaceBook u nsemmiha ''It-Tpinġija ta' Thais.'' Int tagħmilli ''like'' kieku hux?

Nispera li ma ndumux ma niltaqgħu u sellili għall-familja kollha.


Il-ħabiba tiegħek,

Thais.