Dakinhar li mor is-suq man-nanniet




Fil-vaganzi tal-Milied li għadda jien u n-nanniet tiegħi morna s-suq taż-Żejtun. Fis-sebgħa konna tlaqna mid-dar b'tal-linja.


Meta wasalna kien hemm ħafna nies u smajt in-nies ipaċpċu u l-bejjiegħa jgħajtu għax sew jgħid il-qawl 'l-għajta nofs il-bejgħ'. Laqtuni l-biskuttini taċ-ċikkulata jfuħu. Daqs kemm ridthom kienet se taqagħli żaqqi.


In-nanniet it-tnejn raw xi ħaġa u bdew jiġġieldu biex jaraw min se jmur jixtri l-ewwel. Waqt li kienu qed jiġġieldu jien ukoll kelli aptit xi ħaġa. Wara li kkalmaw iddeċidew li l-ewwel imorru jixtru l-ħobż li ried in-nannu u wara l-ħwejjeġ li riedet in-nanna. Wara li xtraw li riedu għidtilhom li jien ridt nixtri l-biskuttini taċ-ċikkulata u xtrawhomli. Meta konna se nitilqu ltqajt mal-ħabib tiegħi u tkellimna fuq il-Futbol.


Ħadt ħafna gost il-monti u kulħadd telaq bi tbissima għax kulħadd xtara xi ħaġa. Il-biskuttini għoġbuni ħafna u ħadt pjaċir nilgħab mal-ħabib. Darba oħra nerġa' mmur il-monti għax ingawdi l-ħin man-nanniet u forsi jiġu l-ġenituri tiegħi ukoll.