Kitba ta' ittra.


13, Il-Warda,

Triq il-Ħarruba,

Iż-Żejtun ZN 1234

19 ta' April, 2024


Għażiża zija Ġuża,


Kif inti? Kif inhuma z-ziju Nenu u l-kuġini? Nispera li huma jinsabu tajbin. Il-familja tiegħi u jien kollha ninsabu waqqija u sħaħ.


Zi, għandi sorpriża kbira għalik, imma mhux ħa ngħidlek x'inhi għalissa ħalli nħallik fuq ix-xwiek. Il-bieraħ ġie lura l-ħabib tiegħi u ħadt ħafna gost. Ukoll il-bieraħ morna 'petting farm' ma' tal-iskola u kien hemm ħafna annimali ħelwin u ċkejknin. U llum jiċċelebra għeluq sninu Luke u għalaq ħames snin.


Zija Ġuża, is-sorpriża hi li se niġu għandek l-Awstralja s-Sajf li ġej! Se naslu hemm fl-ewwel ta' Lulju fl-għaxra ta' filgħodu. Se ndumu xahar hemm. Se nkunu ommi u jien. Inti kuntenta li fl-aħħar se niġu narawk zij?


Hemm hekk se tkun ix-Xitwa. Kif tkun ix-Xitwa ta' hemm? U x'tip ta' ħwejjeġ jaqblilna nġibu magħna? Trid li nġibulek xi ħaġa magħna minn Malta? Iz-ziju jew il-kuġini jridu xi ħaġa?


Zi ħa jkolli nieqaf nikteb għax irrid immur niekol. Se jkolli seba' mitt sena sabiex nirċievi ittra mingħandek. Kulħadd sella għalikom u iġri jasal il-mument li niltaqgħu.


In-neputi tiegħek,


Mark