Il-Kelb u Qattusa
Qomt filghodu, ittawalt mit-tieqa u ndunajt li kienet ġurnata sabiħa. Inżilt isfel u poġġejt quddiem il-bieb tal-ġnien nistenna lil sidi jiftaħli.
Wara li dort ġirja fil-ġnien ftakart li għandi niltaqa' mal-qattusa fil-ġnien abbandunat ta' maġenbi, dħalt min ġot-toqba fil-ħajt li jifred il-ġonna u l-qattusa ma kinitx hemm. Ma kelli xejn x'nagħmel allura qbadt niġri ġol-ġonna u nagħrexx.
Wara ftit minuti smajt leħen ġej min qalb il-friegħi tas-siġar, bdiet tinkini li jien ma nafx nixxabbat mas-siġar u jien sfidajtha għal-ġlied. F'daqqa waħda hi qabżet dritt għal-fuq dahri u b'duffrejha girfitli il-warda ta' wiċċi.
Kif ħassejt id-demm itir ma' għajnejja jiena ifferoċjajt u rnexxili naħtfilha idejha bejn snieni. Spiċċajna it-tnejn nitremblu ġol-ħaxix u kemm kien hemm narċis iċċatjajnieh mal-art. Spiċċajna ġo għadira mimlijja bl-ilma u l-qattusa kif ħasset hekk reġgħet telgħat sparata fuq is-siġra.
Demmi beda jbaqbaq u ħassejtni rrabjat li ma tajtiex dak li kien ħaqqha iżda ħsibt li għal dakinhar kien biżżejed għalhekk tnaddaft kif stajt u bewwiġt lura lejn id-dar, determinat li għada inpattijiela.
lindsey zammit yr6.1