Il-Jum Oranġjo


Sabrina: Bonġu James.


James: Bonġu.


Sabrina: Kif int?


James: Tajjeb u int?


Sabrina: Jiena tajba.


James: Ejja nibdew nippjanaw.


Sabrina: Ok.


James: Ġibt karta biex niktbu fuqha?


Sabrina: Iva, ta' kulur oranġjo.


James: L-attivitajiet fejn se jsiru għax insejt?


Sabrina: Se jsiru l-iskola tagħna.


James: U meta? Minn x'ħin u sa x'ħin?


Sabrina: Is-Sibt mid-disgħa ta' filgħodu sa nofsinhar.


James: Forsi ngħidulhom li min ħa jiġi jilbes flokk oranġjo.


Sabrina: Idea tajba ħafna. Nagħmlulhom naqra pastizzi.


James: Idea tajba għax ma rriduhomx imutu bil-ġuħ.


Sabrina: Għandek idea għal xi logħob?


James: Iva, min irid jilgħab futbol u jekk ma jħobbuhx jilgħabu basketball.


Sabrina: U in-nisa jkollhom il-ballet.


James: Idea tajba għax inkella ma jkollhim xejn x'jagħmlu.


Sabrina: Kull min ikun ġej irid javżana biex nagħtuh ċertifikat.


James: Tajba l-idea u ngħidu lill-iskola biex jaghtuhulhom huma.


Sabrina: Ok, u kif navżaw lin-nies li se ssir?


James: Forsi nagħmlu posters u nwaħħluhom maż-Żejtun.


Sabrina: U nibagħtu ritratt tagħhom fuq Facebook.


James: Ok, saħħa narak għada l-iskola.


Sabrina: Saħħa.