Il-Kelb u Qattusa
Filgħodu qomt nitmattar naqra għax tgħidx kemm nieħu pjaċir! Xrobt naqra
ilma għax kelli l-għatx u kilt il-laħam li preparawli. Tfissidt naqra ma’ ommi
għax inħobb nitfissed. Wara mort ninħasel għax kelli ħmieġ fuqi!
Mort għal passiġġata ta’ filgħodu għax jkolli bżonnha l-arja friska. Qbiżt
minn fuq iċ-ċint ta’ l-għalqa. Mort taħt siġra kbira ħafna fid-dell fejn ħadd
ma setgha jarani, għollejt saqajja u għamilt dak li kelli nagħmel. Qabel ma’
tlaqt sraqt naqra tuffieħ x’niekol. Wara dak kollu qgħadt nistenna
taħt vann sakemm jitilqu l-karozzi u f’daqqa waħda rajt il-qattusa Rixa. Hi
tibża minni imma jien l-istess. Naqa’ naqa’ bdiet tersaq lejja. Jien ħriġt
minn taħt il-vann u tfarfart ftit biex inkn lest biex niġġieled. Wara bdejt
nersaq lejha jien u x’ħin wasalna ħdejn xulxin bdejna nfajru d-daqqiet.