Il-ktieb li qrajt huwa misluf mil-librerija jismu ; Il-Ħbieb tal-Annimali Taqsima Investigattiva, il-Kelb ifittex lil sidu. Miktub minn Juliette Parachini-Deny u Oliver Dupin.

Kien hemm tlett iħbieb bniet jisimhom Adele, Rose, Louise u kellhom ħabib jismu Hugo. Jum fost fil-vaganzzi tas-Sajf marru mixja fil-bosk. Huma u mexxjin semgħu l-ħaxix iħaxxwex u x'ħin marru jiċċekjaw sabu kelb Labrador imbeżża' marbut mas-siġra. Huma ddecidew li jeħduh għand omm Rose li kienet vet. X'ħin il-mama' ta' Rose eżaminat il-kelb abbandunat indunat li l-kelb kien maħqur għax kellu ġrieħi f'rasu. It-tfal semmew lil kelb Django ħasluh, tawh jiekol u qadu jilagħbu miegħu. Iżda tfal riedu jinvestigaw ta' min kien il-kelb u b'hekk telqu lejn rahal bil-kelb Django qabad jinbaħ inbiegħ tat-twerwir u b'hekk it-tfal indunaw li wasslu għand sid il-kelb. Sid il-kelb kienet mara u qaltilhom li hi ma kelliex kelb għax ma kinitx tħobbhom. It-tfal marru lura lejn dar u fasslu pjan biex sid il-kelb tiġi tiġbor il-kelb bla problemi. X'ħin sid il-kelb rat l-avviz tal-kelb mwaħħal mas-siġra u li kien hemm miktub kemxa ġmiela ta' flus jekk turi l-evidenzza li kelb tagħha. Hija qabdet ritratt ta' meta kien ghaddu zgħir l-kelb u ddecidiet li tmur ghalih. Iżda t-tfal ta' moħħ tajjeb ħasbu fil-pulizija u sinjur tal-protezzjoni tal-klieb. It-tfal flimkien għamlu nvestigazzjoni perfetta u l-kelb gie adottat min Hugo biex b'hekk jerġa jgħix f'kundizzjoni tajba u f'imħabba xierqa.

TMIEM