Albert Einstein

Albert Einstein twieled fil-Ġermanja fl-14 ta' Marzu 1879 u miet fit-18 ta' April 1955. Fl-1880 flimkien mal-familja tiegħu telaq lejn Munich. Huwa xjenzat l-aktar magħruf mad-dinja kollha għat-teorija tar-relattivita' u għall-ekwazzjoni matematika tiegħu dwar in-natura tal-enerġija, E=MC². Wara li gradwa fl-1900 huwa ħadem f'uffiċċju tal-gvern filwaqt li kompla jistudja l-Fiżika waħdu. Einstein irċieva l-premju Nobel fil-Fiżika fl-1921. Meta l-partit Nazzist ħa taħt idejh il-Ġermanja fl-1933, Einstein telaq mill-pajjiż u ssetilja l-Amerka. Waqt it-Tieni Gwerra Dinija huwa ħeġġeġ lill-Amerkani jibnu armi nukleari għax seta' jkollhom bżonnhom kontra n-Nażi.