ITTRA ELETTRONIKA
LIL:jake@ilearn.edu.mt
Mingħand: yarik@ilearn.edu.mt
Suġġet : kantant favorit
Data: It-2 ta' Ġunju 2020
Għażiż Jake,
Kif inti? Nispera li tinsab tajjeb għax ilna ftit ma niltaqgħu minħabba l-covid 19.
Kif qed tqatta' l-ġurnata? Jien ta' kull filgħodu nagħmel ix-xogħol tad-dar li tibgħatilna Ms.Debattista. Wara li nlesti nagħmel ftit eżerċizzju fiżiku u nilgħab ftit ma' ħija. Insib ukoll ftit ħin għall-qari għax importanti ħafna. Matul il-ġurnata sirt inħobb noqgħod nisma' d-diski speċjalment tal-kantant favorit tiegħi Owen Luellen.
L-iżjed diska li nħobb ta' Owen Luellen hija We just can't ignore. L-ewwel darba li rajt lil dan il-kantant kien fuq il-programm X factor u minn dakinhar bqajt insegwih. L-iżjed ħaġa li nixtieq hija li xi darba niltaqa' miegħu u nsaqsih jekk mhux minn dejjem kienu jogħġbuh d-diski rap. Jiena jogħġbuni ħafna d-diski rap u forsi b'hekk jogħġobni dan il-kantant għax huwa rapper tajjeb ħafna.
Nispera li ma ndumux ma nerġgħu niltaqgħu u forsi sa dakinhar ix-xewqa tiegħi tkun seħħet u jkolli x' nirrakuntalek.
Dejjem tiegħek,
Yarik