Daniel Zahra


Kitba ta' Ittra


13, Il-Warda

Triq il-Ħarruba

Żejtun, ZTN1234

19 ta' April, 2024

Għażiża zija Ġuża,

Kif inti? Kif inhuma z-ziju Toni u l-kuġini? Nispera li huma tajbin. Il-familja

tiegħi ninsabu qawwijin u sħaħ.


Zi, għandi sorpriża kbria għalik, imma mhux ħa ngħidlek x'inhi għalissa ħa nħallik fuq ix-xwiek. Ilbieraħ jiena u l-mama' morna biex nieklu flimkien. Għax ilbieraħ kellhi għeluq snini.


Zija Ġuża, is-sorpriża hi li se niġu għandek l-Awstralja s-sajf li ġej! Se naslu hemm fl-ewwel ta' Awwissu fl-għaxra ta' filgħodu. Se ndumu xahar hemm. Se nkunu l-mama', il-papa', ħija u jien. Int kuntenta li fl-aħħar se niġu nżurk zi?


Hemmhekk se tkun ix-xitwa. Kif tkun ix-xitwa ta' hemm u x'tip ta' ħwejjeġ jaqbilna nġibu magħna? Trid li nġibulek xi ħaġa minn Malta? Iz-Ziju, jew il-kuġini, iridu xi ħaġa?


Zi, ħa jkolli nieqaf nikteb għax irrid immur niekol. Se jkolli seba' mitt sena sabiex nirċievi ittra mingħandek. Kulħadd sella għalikom u iġri jasalil-mument li naraw lil xulxin.


In-neputi tiegħek,

Mark.