Jinsteraq ktieb mill-librerija




Tirraporta: Marya Demanuele


Nhar it-Tnejn 2 ta' April 2020, il-librara Marta Bella rrapurtat li ġie nieqes ktieb mis-sezzjoni tal-istorja ta' Malta, mill-Librerija Nazzjonali ta' Malta.


Dan il-ktieb huwa antik ħafna u jismu MALTA FI ŻMIEN IL-KAVALLIERI. F'dan il-ktieb nsibu l-kitba originali tal-Gramastru La Vallette. Il-ktieb għandu qoxra ħamra b'disinn dehbi.


Ħafna studjuzi jgħidu li dan il-ktieb huwa uniku għaliex ftit għad fadal kitba minn ta' dan il-Granmastru. Il-ktieb għalhekk huwa imprezzabli. Il-librerija ser tagħti premju kbir lil min jirritornah lura.