Tradizzjoni tal-Milied

Aħna l-Insara niċċelebraw il-Milied. Il-festa tiġi ċċelebrata fil-25 ta' Diċembru. Din il-festa hija importanti ghall-Insara għax dik il-ġurnata nafuha meta twielled Ġesu' Bambin.


Uħud mit-tradizzjonijiet Insara huma l-purċissjoni tal-Bambin,meta npoġġu l-Bambin fit-tieqa. Ukoll nistgħu nżejnu bil-ġulbiena mal-Bambin. Fil-24ta' Diċembru imorru l-quddiesa ta' nofs il-lejl. Fil-bidu jkun hemm prietka tat-tfal. Niċċelebraw l-Avvent, erbat ġimgħat,il-Grotta, in-novena tal-Milied u aktar.


Ftit mis-simboli u d-dekorazzjonijiet marbuta mal-Milied huma s-Santa Klaws, is-siġra tal-Milied. Il-kalzetta, il-ponsjetta, id-dawl iteptep u l-bastun tal-Milied.


Għandna ukoll l-ikel tradizzjonali tal-Milied minnhom huma bħal qastan imbuljata, baċi, il-puddina tal-Milied.


Il-festa tal-Milied u dawn it-tradizzjonijiet huma importanti għax dawn ifakkruna meta t-twieled Ġesu' u din il-festa ilha għaddejja għal ħafna snin għalhekk niċċelebrawha għax tfakkarna fit-twelid ta' Ġesu Bambin.

Amylee Meilaq