Annimal li għandna fid-dar.

Jien għandi qattusa jisimha Chloe.Għandha sentejn.Jien niggustaha ħafna għax għandha wiċċha zgħir ħafna.

Lil Chloe kien xtrahieli l-papa'.Kien xtraha mingħand il-ħabib tiegħu.Il-pil tagħha huwa oranġjo.Għajnejha huma kannella.Hija ftit ħoxna imma hija zgħira.Hija qattusa kwieta u tħobb tilgħab u tiġri ħafna.

Hi toqgħod fil-qoffa tagħha ,imma torqod fis-sodda tagħha.Gieli meta nqum insibha rieqda ħdejja.Is-sodda tagħha hija vjola u għandha l-fjuri.Mas-sodda għandha wkoll imħadda.Chloe tħobb tilgħab bil-ballun u'' soft toy '' forma ta' ħuta.Inħobbu nilagħbu flimkien u gieli ninku lil xulxin.

Inħobb nieħu ħsiebha billi naħsilha kull nhar ta' Gimgħa u nagħtiha x'tixrob u x'tiekol.Kull sena noħodha għand il-veterinarju sabiex jagħtiha tilqima kontra l-mard.

Jien inħobb lil dan l-annimal għax niggustaha ħafna.Hija specjali ghalija għax ma nkunx waħdi.Nixtieq li n-nies ma jaħqrux l-annimali għax għandhom qalb bħalna jweġġgħu.