Meta Darba Ntlift
Kien is-Sibt filgħaxija u kien is-sajf. Morna l-festa taż-Żejtun. Kont mal-ġenituri. Kien hemm il-banda qed iddoqq u konna qed nieħdu gost. Hekk kif konna mixjin, rajt wieħed mill-bejjiegħa li kien qed ibiegħ il-ħelu.Jien waqaft inħares lejhom. Kif dort mar rajthiex iżjed lil ommi. Bdejt nibża u bdejt infittixha imma bin-nies li kien hemm ma stajtx insibha. Kien hemm puluzija u mort ħdejh biex jgħinni.Huwa staqsieni jekk nafx in-numru tal-mama' biex inċempilha. Imnalla kont nafu. Wara xi ħames minuti ġiet għalija.Kemm fraħt xħin rajtha! Tgħallimt biex noqgħod qrib min jieħu ħsiebi meta jkun hemm ħafna nies.