Miss Ambrozja Pulis Kiftaranipenġini
Miss Ambrożja Pulis Kiftaranipenġini kienet għalliema ftit stramba. L-istudenti kienu jgħidu li hija xi saħħara. Miss Ambrożja kienet tgħallem b'mod stramb, kienet iġġiegħel lill-istudenti jagħlqu għajnejhom u jmorru f dimenzjoni oħra. Miss Ambrożja kienet għalliema veru twila u rqiqa. Dejjem bin-nuċċali fuq il-ponta ta' imneħierha. Kienet dejjem tilbes xi par imsielet twal twal jew ċrieki, kienu jkunu qishom xi linfa.
Miss Ambrożja Pulis Kiftaranipenġini tibgħat it-tfal tal-klassi tagħha fir-Renju Telepatos biex jippruvaw imexxu huma. Għax it-tron tar-Renju Telepatos kien qiegħed bla re. Neħħewh wara li f’nofs battalja qabad jikkomunika bit-telepatija ma’ kreaturi oħra fl-univers, u raqad! Lukas, Tessa u Selena jkollhom jieħdu sehem f’kompetizzjoni diffiċli sabiex jaslu sat-tron.
Imbagħad iridu jaraw kemm huma kapaċi jmexxu! U bħalma dejjem jiġri fil-klassi ta’ Miss Ambrożja, it-tfal jagħmlu dan kollu mingħajr ma jiċċaqalqu mill-klassi!
X’tistenna meta l-għalliema tkun saħħara brava! Shhhhhhhhhh!