Alexander Graham Bell

Alexander Graham Bell twieled fit- 3 ta' Marzu tal-1847 u miet fit-2 ta' Awwissu tal-1922. Huwa kien inventur skoċċiż, xjentist u enġinier. Graham Bell ivvinta l-ewwel telefown fl-1876.

Ommu u l-mara tiegħu kienu neqsin mis-smiegħ u għalhekk influwenzaw xogħlu. Ir-riċerka tiegħu fuq is-smiegħ u d-diskors wasluh biex jesperimenta b'apparat li eventwalment wasluh biex jirbaħ premju għall-invenzjoni tat-telefown.