Darba waħda kien hemm dragun.

8Darba kien hemm tifel kellu n-ngħas wara ġurnata twila u daħal jorqod. Ħolom li kien qiegħed ġo gżira abbandunata. Beda jisma' xi passi u għalhekk beda jibża. Għamel il-kuraġġ u mar ifittex minn fejn beda jiġi l-ħoss. It-tifel iltaqa' ma' dragun. Id-dragun kien kbir u beda joħroġ in-nar minn ġo ħalqu. It-tifel beda jibża aktar u ħaseb li se jmut. Iżda mbagħad id-dragun qallu "Bonġu!". It-tifel baqa' skantat għax qatt ma kien ra dragun jitkellem. It-tifel qallu "Kif qed tkellimni?". Wara sema' lil ommu tgħajjatlu biex immur l-iskola u nduna li kienet ħolma!

TMIEM

Jerome Desira