IL-KELB IŻ-ŻAQQIEQ
Jum fost l-oħrajn kien hemm kelb li seraq biċċa laħam kbira u ħoxna
minn ħanut tal-laħam. Ħarab biha lejn il-bosk biex hemm jikolha
fil-kwiet u l-paċi.
Hu u miexi ma' xatt ix-xmara, fil-bidu tal-bosk, lemaħ lilu nnifsu
fl-ilma. Ma kienx jaf li dik id-dehra kienet tiegħu stess. Ghalih
dak kien kelb ieħor b'biċċa laħam f'ħalqu.
Qabeż fl-ilma biex jaħtaf dik il-biċċa laħam l-oħra. Hekk kif
niżel fl-ilma ċċaqlaq u la seta' jsib il-kelb u lanqas il-laħam.
Dak il-ħin intebaħ li bil-ġenn li kellu jaħtaf il-biċċa laħam
l-oħra, tieghu kienet waqgħetlu.
B'xorti ħażina l-kurrent kien qawwi u l-laħam ħarġet tant il-barra
li ma setax ilħaqha. Kemm iddispjaċieh għall-ħniżrija.
Din il- ħrafa tgħalimna li għandna dejjem nkunu kuntenti
b'dak li hu tagħna.