IL-MIXJA
Jien kont se nisplodi bil-ferħ meta ommi u missieri qaluli li sejrin mixja twila Għawdex, jien saqsejthom, "Kif? Aħna ġo Malta qegħdin!" Qaluli li l-ewwel sejrin bid-dgħajsa, wara mmorru nimxu mixja twila u naraw il-Bajja l-Ħamra. Wara konna se nieħdu ftit ritratti ta' xi statwi jew djar u l-vedutti spetakolari li jkun hemm. Għamilna eżatti kif ommi spjegat lili u lil missieri, il-pjan tal-mixja irnexxa u aħna kollha ħadna ħafna ħafna pjaċir.