Jien Triq ir-Repubblika

"Ejja se immoru ġo dan il-ħanut," qalet waħda tifla. Dak huwa d-diskors li

nisma' kuljum. Jien jismni triq Triq ir-Repubblika u lanqas inkun nista' nieħu nifs daqs kemm inkun maħnuqa bin-nies.


Ħdeja hawn bosta toroq li jwassluk f'ħafna postijiet differenti. Filgħodu inkun nista' nieħu naqra nifs, għax jkun hawn il-kwiet mhux bħal waranofsinhar għax jkun hawn ħafna storbju. Meta n-nies jiġu jixtru, dejjem narahom telqin b'idejhom mburġati.


L-iktar bini għall-qalbi huwa l-palazz tal-President għax is-sbuħija tiegħu hija meraviljuża. Fija issib diversi ħwienet restoranti li jogħġbuk. Fuqi tista' tara ħafna veduti sbieħ tal-baħar u tista' tara ħafna monumenti sbieħ.


F'bilejl issib ġafna folol ta' nies jixtru l-ħwejjeġ mill-ħwienet u jieklu ġewwa r-restoranti, speċjalment is-Sibt jew il-Ħadd. L-iktar ħaġa li jdejjaqni hija meta n-nies jordnaw ''take away'' u jikluh fuq bank għax sfortunatament jarmu mal-art.


L-isbaħ ġranet tas-sena għaliha huma tal-Milied u tal-Karnival għax jiena dejjem inkun imżejna bi tlellix il-ġranet.