Tommy l-artist
Fil-għodu kif titla x-xemx l-artist Tommy libes il-kowt.Tommy għandu l-mustaċċi twal u jħobb jilbes il-beritta.Tommy beda u jaħseb x'se jpenġi.
Ġie d-dlam u baqa' fl-istess kamra jpenġi b'lampa mixewla .Biż-żebgħa roża u pinzell beda jpitter.Għamel forma stramba.
Penġa Monstru li għandu tlett għajnejn,ħames sinniet,tlett iswaba,par idejn u par saqajn.
Il-Pittura ta' Tommy intgħoġbot.Tant għamlet suċċess li għamlu film tal-cartoon bih fiċ-ċinema.Marru folol kbar ta'nies jarawh.Tommy vera kien kuntent.