Il-Ħlejqa

F'gurnata xitwija fettilli mmur mixja fil-foresta. Wara ftit ħin li kont mixi rajt oġġett stramba u ersaqt lejh. Kienet bajda żgħira u b'ħafna kuluri.

Fi ftit ħin bdiet tinkiser u f'daqqa t'għajn ħarġet ħlejqa vera stramba imma ħelwa. Kellha riħa ta' frawli, bil-qrun u ħalqha vera kien kbir.

Ħasditni kif kellha għajn waħda fin-nofs. bdejt ninduna li kellha l-poteri maġiki. Meta tkun ferħana l-kulur tagħħa ikun isfar, normali tkun ċilesta, iżda meta tkun irrabjata tiġi ħamra daqs in-nar. Innutajt meta tkun imdejjqa l-kulur jinbidel iswed daqs id-dlam tal-lejl.

Semmejtha Obi u bdiet tweġibni meta najtilha.Kif ħarġet mill-bajda jien kont pront erfajtha u ħarġet demba kien twil u bil-ponta. Naħseb li ħasbitni ommha għax bdiet titfissed miegħi. Tfajtha fil-but u bdejt mixi. Beda jaqbadni il-ġuħ u kif żaqqi bdit tgerger ma nafx minn-fejn beda ġej l-ikel.

Obi qatli li tista tagħtini li jkolli bzonn. Kont ħal-ntir bil-ferħ għaliex dejjem xtaqt li jkolli rota biex immur l-iskola biha. Smajt ħoss ta' qampiena u kif dort rajt rota quddiem għajnejha. Obi għajbitni u bdiet tidħak. Jiena kont ħa nagħtiha l-ħelu mil-butt imma sibt karti biss, kienet kilituli.