Dakinhar li mort is-suq man-nanniet
Kien is-Sibt ta' Ottubru 2021 meta morna bil-karozza antika tan-nannu. Wasalna fid-disgħa u kwart, ħdejn is-suq.
Kien hemm ħafna nies speċjalment ħafna xjuħ. Meta wasala rajt ħafna affarjiet antiki ta' kull xorta, rajt ħafna statwi antiki, ħwejjeġ, affarjiet biex taqra u tiekol. smajt in-nies jitkelmu u l-għasafar. Xammejt il-pizza u l-donuts.
In-nanna rat bejjiegħ tal-ħwejjeġ, basktiet u affarjiet tal-kċina. In-nannu ra bejjiegħ tal- kotba. In-nannu tiegħi iħobb jaqra u d-dar għandu xi sittax il-ktieb u qara kollox u ried jaqra iktat u iktar. Jien ġibt għajneja wara widneja. Jien rajt ġugarell li xtaqt li għandi mix-xahar l-ieħor. Jien saqsejt jekk nistax nixtriha u n-nannu qalitli li nista', kont fis-seba' sema. Aħna xtrajna kotba, ħwejjeġ, ġugarelli u donuts. Kulħadd xtara xi ħaġa.
Ħasejtni tajjeb u nixtieq nmur nerġa' għax kien hemm ħafna affarjiet differenti.