Darba waħda xi furbani attakkaw ir-raħal tal-Għarb f'Ghawdex.


Dawn serqu xi oġġetti prezzjuzi fil-knisja u anke t-tifel ta' waħda mara jisimha Żgugina.


Żgugina tgħidx kemm ġriet wara l-furbani biex ituha lura lit-tifel. Imma kien kollu ta' xejn.


Marret titlob quddiem il-kwadru ta' San Dmitri.


Hija wegħditu li jekk binha jibqa' ħaj tixgħellu lampa taż-żejt kuljum sa filgħaxija.


San Dimitri sema' talbha u mar wara l-furbani u rnexxielu jsalva lil Mattew.


Żgugina żammet kelmtha u xi bugħaddasa jgħidu li għadhom jaraw l-inkwatru u l-lampa taż-żejt tixgħel taħt l-ilma.

Il-Leġġenda ta' San Dmitri