Meta mort is-suq man-naniet

Wasal is-Sibt fil-għodu. Kien għadu beda ibexbex meta' smajt in-nanna tgħajjat biex tqajjem lin-nannu. Jien qomt u bdejt nilbes biex immoru is-suq ta' Ħal-Qormi. Tlaqna fis-sebgħa ta' fil-għodu bil-karozza tan-nannu.

Kif wasalna ma tantx kien hemm nies. Rajt ħafna tilari bil-ħaxix, ħut u anke tiġieġ u fniek fil-ġaġeġ. It-tilari huma bħalha mejda kbira.

In-nannu xamm il-pastizzi u telaq jixtri u ħa kafe. Jiena interessani wieħed ibigħ l-arloġġi antiki. Kellu ħafna differenti li jiena qgħadt ma kont rajt qabel.

In-nanna ġiet ħdejja u kellha basket mimli ħaxix u frott. Kien hemm bejjiegħa jgħajjat "Lampuki friski!" b'ħanġra daqsiex. kif ratni qatli "Dak regettier għalhekk għandu ħafna arloġġi antiki. Jiena għidtilha li nteresawni. Hija qatli li in-nannu għandu.

Smajt leħen jgħajjat ismi. Kif dort kien sieħbi tifel li kelli s-sena l-oħra fil-klassi. Ħadna gost ħafna, Dylan li kellu wiċċu għad-dawl.Lanqas ried jemmen kif iltqajna. Ftit wara rajt in-nannu ġej. In-nanna qatlu li jiena nterressawni l-arloġġi. Huwa qalli li meta naslu d-dar ħa jurini l-arloġġi li kellu. Jiena ħadt gost ħafna.