Daltonlee Farrugia Year 6.5
Dakinhar li mort is-suq man-nanniet
Wara lejl għand in-nanniet, ġiet tqajjimni kmieni filgħodu n-nanna u qaltli biex nipprepara biex imorru s-suq. Ġie għalina missieri u malajr wasalna s-suq taż-Żejtun. L-ewwel li ġibidli l-attenzjoni kien il-bejjiegħ tal-ħut! Kien hemm riħa taqsam kullimkien. In-nanna riedet tixtri xi ħwejjeġ u allura morna n-naħa tal-imwejjed tal-ħwejjeġ.
Wara li xtrat xi ħwejjeġ, u lili xtratli flokk b'karozza fuqu. Jiena rajt mejda tal-ġugarelli u saqsejt in-nanna biex tixtrili xi karozza milli kellu. F'daqqa waħda, fejn tal-ġugarelli ltqajt mal-ħabib tiegħi Deyshaun. Sakemm konna qed nitkellmu, smajna ħoss qawwi u rajna Mclaren għaddejja bħal sajjetta! Bqajna skantati daqs kemm kont skantajt diġa' bil-prezzijiet irħas fis-suq.
Ix-xemx kienet taqli l-ġrieden u gġalhekk gġajjejna nduru s-suq. Kien qabadna l-ġuħ u xtrajna pizza mingħand vann li kien hemm armat. Kemm ġadt pjaċir is-suq, nixtieq ħafna li nerġa' mmur ma ndumx!